Rally ta' ċelebrazzjoni mill-PN għar-'rebħa' taż-żewġ siġġijiet Parlamentari
Simon Busuttil appella biex is-siġġijiet jingħataw immedjatament
More in Politika
Simon Busuttil appella biex is-siġġijiet jingħataw immedjatament
Il-Partit Nazzjonalista se jkun qed jorganizza rally fid-Dar Ċentrali tal-PN illejla wara li l-Qorti kostituzzjonali iddeċidiet favur il-PN, u tat żewġ siġġijiet Parlamentari minħabba żbalji li saru fl-għadd tal-voti tal-elezzjoni ġenerali li għaddiet.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil, waqt li kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet, qal li "dan huwa wkoll mument ta’ ferħ li aħna rridu naqsmu ma dawk kollha li jemmnu fil-Partit Nazzjonalista."
Busuttil insista li l-PN se jkun qed jistenna li l-allokazzjoni taż-żewġ siġġijiet ġodda ssir immedjatament sabiex id-deputati ġodda jidħlu mill-ewwel fil-Parlament. Għalekk, qal li qed jistenna li l-Kummissjoni Elettorali tiltaqa' b'mod urġenti sabiex talloka dawn is-siġġijiet, u b'hekk timxi mas-sentenza li ngħatat fil-Qorti.
Il-PN irringrazzja lill-avukati li ħadmu fuq dan il-każ, partikolarment lil Paul Borg Olivier u lil nies bħal Edwin Vassallo, "li minkejja kollox, minkejja l-ostakli, t-tertiq il-qalb, baqgħu iżommu t-tama u baqgħu jemmnu li s-sewwa jirbaħ żgur."
Busuttil qal ukoll li l-mod kif il-Gvern irrifjuta li jaċċetta t-talba taż-żewġ siġġijiet żejda, wasslet biss biex il-PN u l-votanti jiġu mċaħħda mir-rappreżentanza tagħhom fil-Parlament.
Min-naħa tiegħu, il-Gvern qal li huwa diżappuntat bid-deċiżjoni tal-Qorti, iżda minkejja dan, se jkun qed jaċċettaha u jimplimentaha. F'konferenza tal-aħbarijiet, il-Ministru għat-Turiżmu Edward Zammit Lewis qal li ma jistax jifhem, bħal ħafna nies kif fl-elezzjoni tal-2003, b'rebħa ta' 13,000-il elf vot, ingħataw ħames siġġijiet maġġoranza imma b’rebħa ta’ 36,000 elf vot fl-2013, li tfisser tliet darbiet iktar voti minn tal-2003, ġew mogħtija seba’ siġġijiet maġġoranza.
Min-naħa tiegħu, il-ministru tal-Ġustizzja Owen Bonnici qal li r-rebħa tal-Partit Laburista fl-2013 kienet l-akbar waħda fl-aħħar 50 sena, "u dan ma jista' jħassru ħadd."