Il-Partit ta' Marlene jiddeskrivi d-deportazzjoni ta' immigranti tfal bħala 'inuman'

...ifakkar illi t-tfal għexu fil-komunitajiet fl-ibliet u rħula Maltin, fejn għamlu ħbieb ma’ bosta ċittadini Maltin oħra...

Il-Partit Demokratiku (PD), fi stqarrija, qed jipproponi li tfal imwielda Malta, ikunu meqjusa ugwali fi ħdan is-socjetà Maltija. Il-PD saħaq li huwa ferm imħasseb meta jara "diversi minn ulied Malta mwielda minn ġenituri ta’ nazzjonalità barranija fil-periklu li jitkeċċew minn l-art li tathom il-ħajja flimkien mal-ġenituri tagħhom."

Filwaqt li l-Gvern ippronunzja ruħu li qed jonora l-obbligi Ewropej; jaċċetta t-tkeċċija ta’ persuni mill-art li suppost tathom isimha u li bosta minnhom ħadu edukazzjoni f’Malta stess; biex jintbagħtu f’art fejn qatt ma għexu. "Dan l-aġir għandu jitqies bħala trattament inuman u degredanti. Dawn it-tfal integraw fis-soċjetà Maltija, anke permezz tal-edukazzjoni li ħadu; għexu fil-kommunitajiet fl-ibliet u rħula Maltin, fejn għamlu ħbieb ma’ bosta ċittadini Maltin oħra," kompliet tgħid l-istqarrija tal-PD.  

Għalhekk dawn it-tfal u żgħażagħ għandhom ikunu meqjusa ta’ Maltin, minkejja li twieldu f’artna minn persuni ta’ nazzjonalità differenti, li kienu residenti Malta, abbażi ta’ protezzjoni umanitarja temporanja, li f’diversi każijiet tawlet bosta snin.

More in Politika