Tħassib dwar il-waqfien tat-titiriet tal-Air Malta minn u lejn Frankfurt
Aħbar inkwetanti u li l-Partit Nazzjonalista ma jista' qatt jaqbel magħha
More in Politika
Aħbar inkwetanti u li l-Partit Nazzjonalista ma jista' qatt jaqbel magħha
L-aħbar li l-Air Malta se twaqqaf it-titjiriet minn u lejn Frankurt hija aħbar inkwetanti u li l-Partit Nazzjonalista, qal li ma jista' qatt jaqbel magħha. Frankfurt huwa hub ewlieni fl-Ewropa, u sors importanti għall-operaturi, b'mod partikolari dawk li jaħdmu fis-suq Ġermaniż.
Il-Partit Nazzjonalista, fi stqarrija qal li jrid jiġbed l-attenzjoni li teżisti domanda għal dawn it-titjiriet mill-linja nazzjonali tal-ajru Maltija, b'mod partikolari minn diversi operaturi lokali. L-isforzi tal-Gvern u l-Air Malta - flok iwaqqfu din ir-rotta - għandhom ikunu biex iżidu b'kull mezz il-kapaċità l-ġarr tal-passiġġieri minn u lejn Malta. Aktar kapaċità tfisser aktar flessbilità, żieda fil-kompetittività tal-aġenti u tisħiħ tal-industrija tat-turiżmu.
"Dan hu r-riżultat tad-deċiżjoni li tiċkien il-flotta tal-Air Malta - deċiżjoni ħażina li poġġiet limitazzjonijiet severi fuq l-operat tal-Air Malta. Fil-fatt, din mhix l-ewwel rotta li twaqqfet fl-aħħar xhur, għaliex minbarra minn u lejn Frankurt, l-Air Malta waqfet it-ttir minn u lejn Berlin u Gatwick f'April u Mejju," kompla jgħid il-PN.
Il-Partit Nazzjonalista qal li jerġa' jinsisti biex qabel jgħaġġel b'ċertu deċiżjonijiet, l-Gvern ifittex it-triq tal-kollaborazzjoni u d-deċiżjonijiet jeħodhom bi strateġija long-term.