Il-Partit Nazzjonalista ħareġ stqarrija fejn qed jitlob lil l-Prim Ministru jkeċċi lil Evarist Bartolo minn ministru meta nqabad li gideb meta qal li sar jaf blallegazzjonijiet ta’ korruzzjoni mill-canvaser tiegħu fi tmiem is-sajf li għadda.
Listqarrija tgħid li kien wara li nkixef, Evarist Bartolo jammetti li kien ilu jaf bil-korruzzjoni minn April. Wara jiem sħaħ jgħid li l-ewwel darba li sar jaf b’dawn l-allegazzjonijiet kien f’Awwissu li għadda, issa kellu jammetti - wara li nkixef minn Philip Rizzo - li ilu jaf minn April li għadda tgħid l-istqarrija.
"Bil-kejl tiegħu stess li mgħandux ikun hemm liġi għall-allat u liġi għallannimali, Evarist Bartolo m’għandu l-ebda triq oħra ħlief li jerfa’ rresponsabbilità politika. L-uniku konsolazzjoni għal Bartolo hija li jaf li l-Prim Ministru tiegħu stess ma jistax ikeċċih għaliex, wara l-iskandlu ta’ Panama, Joseph Muscat tilef kull awtorità morali li jkeċċi Ministru, anki Ministru li nqabad f’gidba sfaċċata.
"Għaldaqstant irid ikun il-poplu Malti li, bil-vot tiegħu, iwarrab kemm lil Bartolo kif ukoll il-Gvern ta’ Muscat." ttemm l-istqarrija tal-PN