20,000 delegat u 1,500 ġurnalist għal Malta

...hekk kif minn Jannar tibda l-Presidenza Maltija tal-UE

Dak li kien il-Parlament l-antik...issa trasformat
Dak li kien il-Parlament l-antik...issa trasformat

Is-Segretarju Parlamentari għall-Presidenza UE 2017 u għall-Fondi Ewropej Ian Borg ħabbar uffiċjalment uħud mill-imsieħba ewlenin li ser ikunu qegħdin jagħtu l-appoġġ tagħhom matul is-sitt xhur tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-UE.

F’konferenza stampa fil-Palazz tal-Gran Mastru ġewwa l-Belt Valletta, is-Segretarju Parlamentari Ian Borg żar iċ-ċentru tal-media u s-sala tal-plenarja fejn se jseħħu l-laqgħat informali tal-Ministri tal-Presidenza Maltija. Is-Segretarju Parlamentari Ian Borg tenna li jinsab ottimist li pajjiżna jinsab lest sabiex jospita madwar 20,000 delegat u l-1,500 ġurnalist li ser jattendu d-diversi laqgħat marbuta mal-Presidenza tal-Kunsill tal-UE.

Preżenti għal din iż-żjara kien hemm ukoll Kurt Camilleri f’isem GO plc u John Bundy, f’isem il-PBS. Is-Segretarju Parlamentari irringrazzja lill-GO u lill-PBS talli wieġbu għas-sejħa li saret mill-Presidenza sabiex isiru msieħba uffiċjali u jagħtu l-appoġġ tagħhom biex dan l-avveniment ikun wieħed ta’ suċċess.

 

 

More in Politika