Filmat | 'Ma nkunux arroganti...kulħadd għandu dritt jitkellem, anke l-Arċisqof'

Intervista mal-Ġiżwita Fr. Vince Magri, fost dak li tista taqra għada fil-gazzetta ta' kull nhar ta' Ħadd l-ILLUM

L-Arċisqof Charles J Scicluna
L-Arċisqof Charles J Scicluna

Vince Magri, Ġiżwita u l-persuna li tmexxi l-Fondazzjoni Paolo Freire f'intervista mal-gazzetta ILLUM jiddefendi d-dritt li kulħadd f'dan il-pajjiż isemma' leħnu, inkluż l-Arċisqof li f'dawn l-aħħar ġimgħatejn kien fil-mira ta' kritika ħarxa minn diversi individwi u notevolment mill-midja tal-GWU. Anke l-editorjal tal-gazzetta ILLUM tal-Ħadd li għadda ikkritika l-fatt li teżisti perċezzjoni li l-Arċisqof qed ikun selettiv wisq fil-kritika  tiegħu. 

filmat: James Bianchi

Minkejja dan fl-intervista estensiva dwar diversi suġġetti, Magri jiċħad l-akkużi jew il-kritika fil-konfront ta' Scicluna u jsostni illi hawn min għandu idea żbaljata ta' kif u meta tista' titkellem il-Knisja. 'In-nies jaħsbu li l-knisja fuq il-festi biss titkellem u jinsew li din għandha d-duttrina soċjali tagħha. Mal-ILLUM Magri jfakkar kif it-tagħlim tal-knsija jgħallem u jisħaq dwar il-valuri, dwar l-importanza li kulħadd jaħdem ukoll għall-ġid komuni. 

Speċifikament dwar l-Arċisqof magri jappella biex ħadd ma joqgħod jippunta subgħajh, 'ma nkunux arroganti, kulħadd għandu dritt jitkellem u għandna nħallu lil kulħadd jitkellem ... fejn ma naqblux niddiskutu.'

Intant għada fuq il-gazzetta ta' kull nhar ta' Ħadd, l-ILLUM, tista taqra l-intervista kollha u ħafna aktar dwar l-immigrazzjoni f'pajjiżna, l-ħabsin, l-abort, l-użu tal-lingwa d-dar, films lokali u intervista esklussiva tal-Editur Sportiv tal-ILLUM Cristian Antony Muscat mas-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-MFA Angelo Chetcuti

 

 

More in Politika