Waqt il-maratona ġbir ta' fondi li ttelgħet ilbieraħ, il-Partit Laburista ġabar iktar minn €600,000.
Fil-fatt, sa tmiem il-maratona, li rat bosta persuni jagħtu d-donazzjoni tagħhom kemm bit-telefon, jew billi marru direttament fil-kumpless tal-istazzjon tal-Partit, u anke permezz ta' diversi membri parlamentari li ppreżentaw id-donazzjonijiet miġbura mir-residenti fil-kostitwenzi tagħhom, il-Partit ġabar €605,893.
Il-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat, waqt indirizz qasir fl-attività wera l-apprezzament tiegħu għall-ħaddiema u l-voluntiera li f'dan l-aħħar żmien li ġabru d-donazzjonijiet bieb bieb.