Marlene Farrugia tirrispondi dwar 'il-Monument' ta' Franco Debono

L-artiklu "Il-Monument", li deher fuq l-ILLUM f'Ottubru li għadda, ġibed l-attenzjoni u qanqal ir-reazzjoni ta' Marlene Farrugia aktar kmieni illum...

B'reazzjoni għal artiklu ta' Opinjoni bit-titlu "Il-Monument", miktub minn Franco Debono, li deher fuq l-ILLUM fis-16 ta' Ottubru li għadda, aktar kmieni llum, Marlene Farugia kitbet l-opinjoni tagħha fuq il-pagna Facebook tagħha, fejn fiha hija qalet li "It-Tanker tal-LNG , min ġabu u min jiddefendieh huwa HU L-Monument tat-tradiment tal-poplu."

Farrugia kitbet li kull m'għamel ħażin il-PN mhux skużat, bħall-BWSC, il-HFO u tlajjar għall-pipeline, iżda dan ma jiġġustifikax il-qerq u t-tradiment tal-Labour kif kiteb Debono f'Ottubru li għadda.

"Dak li kien ħazin jibqa' ħazin u dak li sar jew qed isir ħażin, min għandu l-bajd jibqa' jgħidlu ħazin jagħmlu min jagħmlu." kitbet Farrugia.

'Il-BWSC erba' snin wara li tela' l-Labour 'fabbrika tal-kanċer' bil-HFO għadha; id-differenza hi biss li m'għadhiex tagħna.'

Farrugia żiedet tgħid li għandna arja aħjar u ngħalqet il-Marsa għax in-Nazzjonalisti tħobbhom jew tobgħodhom għamlu l-interconnector.
In-Nazzjonalisti kienu ha jagħmlu offshore windfarm mhux jibnu powerstation mgħerrqa fil-mistoqsijiet, powerstation li kellu jiggarantiha l-poplu, li ukoll taħdem bil-fossil fuels li rridu naqtgħu, u li kellha tkun lesta wara sena u għadha tkaxkar s'issa.

Farrugia saħqet li hi u Debono kemm għajjru lil PN talli ma ppublikawx il-kuntratt tal-BWSC.

Din id-darba, li l-PL ma ppublikax hafna kuntratti, fosthom tal-ELECTROGAS. Farrugia kitbet kif xtaqet li kieku Debono taha daqqa t'id, imma skiet itarrax ġie minn naħa tiegħu.

Il-Gvern Laburista, għalkemm raħħas il-kontijiet meta kkumparati ma' tariffi ta' żmien il-PN, ta' meta ż-żejt laħaq il-$140 l-barmil, fil-verità żammhom ħafna għoljin u selaħ lill-poplu , meta tqis li ż-żejt fi żmien il-PL mess l- $20 l-barmil u issa stabilzza għal madwar il- $50 dollaru l-barmil.

Farrugia qalet li "Franco Debono bravu ħafna fil-Maths u kien jiġi fuq quddiem, allura dan l-ingann kif skappalu? Kif ma jsemmix dan?"

Fil-kumment tagħha, Farrugia tkellmet ukoll dwar l-investiment taċ-Ċiniżi u dwar kif ċedejna s-sovranità fil-ġenerazzjoni tal-enerġija f' pajjiżna biex flok naqqasna l-exposure finanzjarju tal-Gvern f' dan is-settur, żidnieh b' mod permanenti billi ntrabatna maċ-ċiniżi, ggarantejna s-self lill-electrogas u rbatna l-poplu għal tmintax il-sena f' kuntratt li għadu mohbi!

"B'dak li ffrankajna," sostniet Farrugia, "permezz tax-xiri mill-interconnector f'sena konna nifdu dak li suppost tawna ċ-Ċinizi! Mur erga' ixtru s-sehem mingħandhom issa! Mela dawk ċwieċ bħall-kapuljuni amateurs li poġġejna aħna Kastilja?"

"U t-tanker tal-LNG ?", kitbet Farrugia,  "Jiftakar Franco kemm tmasħanna jiena u hu biex inneħħu t-tankijiet tal-gass tal-Qajjenza? Issa Debono qed jiddefendi t-Tanker LNG? Fil-bokka ta' Mxlokk ukoll?"

Marlene Farrugia fakkret dwar kemm għajjtet weħdhi hi, biex għallinqas jankrawh barra mill-port ta' Marsaxlokk, u dwar kif il-ħażna tal-fuel f' Birżebbuġa hemm għadha!

Farrugia qalet li "Ngħajjat waħdi qegħda għax Franco bidel l-interess tan-nies max-xufier. Din id-darba ma smajniex ħossu l-Franco Deboo..X' ħasra."

More in Politika