'L-attakki tawni raġun fuq il-‘ban’ tal-Musulmani'

Trump jgħid li l-proposta tiegħu ġejja mill-mibgħieda tal-maġġoranza tal-Musulmani lejn l-Amerikani...Cameron isejjah dan id-diskors bħala stupidu

Dwar l-attakki fuq Berlin u l-qtil tal-ambaxxatur Russu, Donald Trump qal li dawn l-attakki tawh raġun meta ppropona li jwaqqaf, jew aħjar jikkontrolla  lill-musulmani li jidħlu fl-Istati Uniti.

Mistoqsi jekk dawn l-attakki hux se jġiegħluh jiddeċiedi li jwaqqaf lill-musulmani kollha li jidħlu fl-Istati Uniti, il-president Amerikan qal li hu kien 100% korrett f’dak li ppropona fil-manifest elettorali tiegħu (ritratt), li għadu  jidher fuq il-website elettorali tiegħu.

“Tafuhom il-pjanijiet tiegħi. Dak li ġara pprova li kelli raġun u għandi raġun. Dak li ġara hu xokkanti. Dan kien attakk fuq l-umanità u dan kollu jrid jieqaf.”

Trump qal li l-proposta tiegħu kienet bażata dwar il-mibgħieda tal-musulmani lejn l-Amerikani. “U dan fil-maġġoranza tal-musulmani”

Dawn il-kummenti ġabu mewġa ta’ kritika miż-żewġ naħat tal-Atlantiku fejn l-eks prim ministru Ingliż, David Cameron sejjaħ lil dawn il-kummenti bħala, “diviżivi, stupidi u ħżiena”

Uffiċċjali li qed jaħdmu fit-transizzjoni għal Trump bħala president ma riedux jikkumentaw dwar jekk Trump hux se jagħmel din il-‘ban’ fuq il-musulmani, “iżda l-politika tiegħu jista' jkun li jiskurmentaw lil dawk li rashom imdaħħla fir-ramel u jridu jkunu ‘politikament korretti’. Trump kien ċarissimu li se jżomm milli jidħlu fl-Istati Uniti lil dawk li ġejjin minn pajjiżi li għandhom rati għolja tat-terroriżmu u se jkun strett ħafna fil-proċedura biex jagħmel kontrolli sew li se jitolbu viżas biex jidħlu fl-Istati Uniti. U dan biex jipproteġi l-ħajja tal-Amerikani.”

 

 

 

  

More in Politika