Studju intitolat 'Struggling for Life', li jħares lejn ir-riskji ta' faqar li jistgħu jaqgħu fih dawk li ngħataw ażil f'pajjiżna juri li fost dawk kollha li ngħataw l-ażil, u għaldaqstant għandhom id-dritt jaħdmu Malta, 45.8% jinsabu mingħajr xogħol.
Meta mqabbla maċ-ċifra nazzjonali tal-qgħad li bħalissa qegħda 3%, dan l-ammont għoli ta' persuni li ngħataw ażil u li ma jistgħux isibu impjieg, juri li s-sitwazzjoni ta' dawn in-nies f'pajjiżna hija waħda li qegħda twassal ħafna minnhom fi stat ta' faqar.
Fost dawk li għandhom impjieg, 40% jaħdmu 'par-time', b'inqas minn 40 siegħa xogħol fil-ġimgħa. L-istudju wera li l-maġġoranza tal-impjiegi li l-persuni li ngħataw ażil jirnexxielhom isibu jkun tat-tip staġjonali, fejn infatti, skont l-istudju li sar, f'Jannar tal-2015 ir-rata tal-qgħad kienet ta' 59.7%, li mbgħad niżlet għal 40.3% f'Ġunju, hekk kif beda l-istaġun tas-sajf li jġib miegħu impjieġi staġjonali 'par-time'.
Id-dħul medju ta' persuna f'din is-sitwazzjoni huwa ta' €4,066 fis-sena biss, filwaqt li dak il-persentaġġ li jirnexxielhom isibu impjieġ 'full-time', jaqilgħu medja ta' €9,892 fis-sena, li huwa €1,200 fis-sena biss aktar mill-paga minima nazzjonali.
Aktar informazzjoni tiġi aġġornata 'l quddiem