'Għandha tinqata' l-kriminalizzazzjoni tal-ġurnaliżmu...'

L-attivisti tas-'Civil Society Network' jikkundannaw il-kriminalizzazzjoni tal-ġurnaliżmu, fir-rigward tal-każ ta' Caruana Galizia

Numru ta' attivisti mill-grupp 'Civil Society Network' ippublikaw stqarrija li fiha esprimew l-inkwiet tagħhom dwar l-ordni ta' sekwestru li l-Ministru Chris Cardona għamel fil-konfront tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Il-grupp jemmen li dan il-każ qiegħed joħloq preċedent perikoluż kontra l-ġurnaliżmu u s-sċjetà ċivili b'mod ġenerali, irrispettivament mill-każ u mit-twemmin ta' dawk ikkonċernati.

Il-membri tas-'Civil Society Network', fosthom Michael Briguglio, Monique Agius u ħafna oħrajn qegħdin għaldaqstant jagħmlu talba lill-Prim Ministru Joseph Muscat biex ineħħi l-leġiżlazzjoni fuq l-ordnijiet ta' sekwestru u libelli kriminali, li huma jiddeskrivu bħala affarijiet ta' żminijiet tal-imgħoddi.

More in Politika