Wara li fl-2015, tnaqqsu r-rati tat-taxxa minn 29% għal 25%, 54,591 persuna bbenefikaw minn tnaqqis, li bejniethom frankaw b'kollox €27,077,769.
Din l-informazzjoni ingħatat mill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna bħala risposta għalll-mistoqsija Parlamentari mressqa lilu mid-Deputat Laburista Etienne Grech, li staqsa dwar in-numru ta' nies li bbenefikaw mit-tnaqqis tat-taxxa tad-dħul wara li din ġiet imniżżla minn 35% għal 25%
Il-Ministru Scicluna, beda jelenka ċ-ċifri mis-sena 2013, meta sar l-ewwel tnaqqis minn 35% għal 32%fejn dik is-sena, 45,233 persuna b'kollox iffrankaw €15,497,846 f'taxxa bejniethom.
Matul l-2014, kompla jispjega Scicluna, ir-rata tat-taxxa niżlet minn 32% għal 29% u kien hemm 50,156 persuna li b'kollox iffranakaw €19,493,001 f'taxxa.
Kien imbgħad it-tnaqqis fit-taxxa minn 29% għal 25% fl-2015 li bih 54,591 persuna bbenefikaw minn tnaqqis, li bejniethom frankaw b'kollox €27,077,769.