Fid-dawl ta’ statistika maħruġa mill-Eurostat dwar il-paga minima fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea, il-Kampanja Paga Minima Diċenti tinnota li r-rata tal-paga minima f’Malta m’hijiex konsistenti mal-andament u t-tkabbir ekonomiku f’pajjiżna.
Il-Kampanja Paga Minima Diċentifi stqarrija nnotat li hemm pajjiżi bi tkabbir ekonomiku iktar baxx, u/jew fejn il-ħajja hija għolja daqs Malta, li għandhom paga minima ogħla minn pajjiżna. Il-Kampanja Paga Minima Diċenti issostni li l-Gvern għandu jgħolli l-paga minima bi 11% - maqsuma fuq tlett snin, bi 3.5% fis-sena - sabiex tiġi indirizzata din l-anomalija.