F’kummenti lill-membri tal-midja il-Membru Parlamentari Ewropew tal-Ħodor u membru tal-kumitat PANA Sven Giegold illi kien Malta illum, ddeskriva bħala ‘kummenti li ma jurux rispett’ u ‘inaċettabbli. dawk ta’ Keith Schembri iktar kmieni illum stess li tefgħu dubji fuq il-kumitat. Iċ-Chief of Staff fl-uffiċċju tal-PM saħaq illi l-kompetenza tal-kumitat hija taħt dubju mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea filwaqt li alluda illi l-Kumitat kien qed imexxi l-aġenda ta’ Daphne Caruana Galizia.
Huwa qal illi minekjja li l-Kumitat m'għandux poter li jieħu azzjoni,Giegold qal illi l-Kumitat se jkun qed jerġa jinvita kemm lil Schembri, kif ukoll lill-eks Deputat Nazzjonalista Ninu Zammit, li wkoll m'aċċettax li jidher quddiem il-Kumitat, biex jerġgħu jidhru quddiem il-Kumitat fi Brussell.
m’hemm l-ebda prova ċara ta’ korruzzjoni ... anke jekk hemm koinċidenza ta’ żmien illi fihom infetħu l-kontijiet fil-Panama
Sven Giegold, MPE tal-Ħodor
Dwar it-tielet kumpanija Giogold saħaq illi huwa minnu li t-tielet kumpanija hija ta’ Brian Tonna, kif fil-fatt iraportat il-gazzetta maltatoday ilbieraħ. Minkejja dan huwa qal li se l-kumitat se jkompli jinvestiga dwar dan ukoll għaliex, skontu, jista’ li kien hemm pjani oltrè għal din il-kumpanija, milli waħda li tibqa’ ma tintużax.
Gioglod sostna mal-ġurnalisti illi minkejja li l-Ministru Konrad Mizzi kien “preparat tajjeb” u minkejja li l-Kumitat jista’ jkun mhux konvint sa barra “m’hemm l-ebda prova ċara ta’ korruzzjoni ... anke jekk hemm koinċidenza ta’ żmien illi fihom infetħu l-kontijiet fil-Panama.”
Konrad Mizzi ma kienx jibqa' Ministru kieku din tal-Panama ġrat gil-Ġermanja
Sven Giegold, MPE tal-Ħodor
Giegold sostna li huwa “kmieni wisq” biex wieħed jasal għal konklużjonijiet dwar il-kumpanija ta’ Mizzi. Hu xorta saħaq illi għalkemm l-atteġġkament ta’ Konrad Mizzi jista’ jitqies bħala ‘mhux etiku’.Fil-fatt, filwaqt li qal li ma jistax jifhem kif isiru akkużi u allegazzjonijiet mingħajr provi ċari, qal ukoll illi fil-Ġermanja "Konrad Mizzi ma kienx jibqa' Ministru."
Giegold kien qiegħed jattendi attività organnizata mill-Alternattiva Demokratika.