"Jiena qatt ma esperjenzajt dak li ġara lbieraħ", beda l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, fl-ewwel intervista wara li kien żvelat illi l-PN aċċetta jew talab illi l-kumpanija DB, proprjetarja ta' diversi Lukandi u stabbilimenti, kienet ħallset il-pagi tal-Kap Eżekuttiv tal-PN Brian St John u s-Segretarju Ġenerali tal-PN Rosette Thake.
Busuttil iddeskriva r-reazzjoni ta' DB bħala waħda "salvaġġa". "Ir-reazzjoni minn nies li kienu benefatturi tal-Partit Nazzjonista, kienet biex nagħti l-flus lura." Busuttil staqsa jekk Silvio Debono, persuna li kellu rabtiet mill-qrib mal-partit Nazzjonalista matul is-snin, kienx ta' l-flus biex il-PN jagħlaq ħalqu. "Jiġifieri dawn tawna l-flus biex inżommu ħalqna magħluq?", reġa staqsa l-Kap tal-PN.
Fil-fatt il-kumpanija DB qed tgħid li sa' ġurnata qabel il-ġbir ta' fondi mill-PN, il-partit stess għamel kuntatt magħha biex id-DB jew Silvio Debono jagħti donazzjonijiet.
Busuttil reġa qal li hu mhu qiegħed fil-but ta' ħadd u staqsa kif biċċa art bħal dik fejn il-kumpanija DB se tagħmel investiment ta' lukanda u bosta stabbilimenti, fost l-oħrajn. Busuttil akkuża lil DB li qegħdin "konfoffa mal-Gvern," u qal li kull donazzjoni tmur għall-attivtajiet u salarji tal-partit, mhux ta' Debono biss.
"Aħna naċċettaw flus mingħand kulħadd, imma mhux se ngħalqu ħalqna għax xi ħadd tana donazzjoni," qal Busuttil, li fakkar ukoll kif hija s-sistema nnifisha f'Malta li tpoġġi lil kull partit dipendenti fuq donazzjonijiet, biex ikunu jista' jissopravivu.
"Il-Partit Laburista għandu l-wiċċ iħares lejna u jakkuża lilna meta hu kiser il-Liġi li hu stess daħħal?" staqsa Busuttil, li qal illi bħalissa huwa mument 'partikolari'. "Jew niskandalizzaw ruħna bid-donazzjoni li ħa l-PN jew inkella l-bejgħ tal-art bir-ribass ... dak il-vera skandlu," sostna Busuttil li fakkar kif il-PN ħa donazzjoni bħal kull partit ieħor.
Busuttil, mistoqsi jekk hux l-istess bħal Muscat wara kritika li ż-żewġ partiti m'hemmx differenza bejniethom, qal li min qed jarah jaf li "l-qiegħa saħnet u l-qiegħa maħmuġa...ejja nnadfuha. Mhux se nibża," aggerma Busuttil, "u dawn l-attakki jkomplu jżidu d-determinazzjoni tiegħi," temm jgħid il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista.
'Simon kompla għaffiġha'
Intant il-Partit Laburista fi stqarrija sostna illi minkejja li Simon Busuttil "mar fil-kenn tal-istazzjon tiegħu, il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla għaffiġha u baqa’ s’issa ma weġibx dawn il-mistoqsijiet: Jekk kienx infurmat minn Mario deMarco li kien se jagħti konsulenza tiegħu lil DB Group, meta sar jaf u ta l-approvazzjoni tiegħu? Jekk il-Partit Nazzjonalista għandux xi ftehim ieħor simili ma' kumpaniji oħra biex jitħallsu impjegati tiegħu? Jekk dawn id-donazzjonijiet ġewx iddikjarati kif titlob il-liġi?"
Il-PL sostna li "flok jikkontradixxi ruħu ma’ kull kelma li jgħid aħjar iwieġeb dawn il-mistoqsijiet li għadu qed jevita."