'Bonjour, Comment allez-vous?' - Senatur Franċiż dwar il-lingwa Franċiża fl-Ewropa

Waħda mill-isbaħ lingwi dinjija u l-użu tagħha madwar l-Ewropa f'taħdita mas-Senatur Jacques Legendre

Taħdita dwar il-lingwa Franċiża f'Malta mas-Senatur Jaques Legendre
Taħdita dwar il-lingwa Franċiża f'Malta mas-Senatur Jaques Legendre

Is-senatur Franċiż Jacques Legendre se jitkellem l-Imdina nhar il-Ħamis 23 ta’ Marzu fis-7 pm fil-Palazzo de Piro l-Imdina dwar l-użu tal-lingwa Franċiża u kif din qed dejjem tinbidel minn lingwa tradizzjonali tad-diplomazija għal użu aktar wiesgħa tagħha fl-Ewropa. Il-kontinent Ewropej qed ukoll jinbidel u s-senatur ser jistaqsi jekk il-Franċiż għandux futur dejjem akbar u mxerred fil-kommunikazzjoni bejn il-pajjiżi. Tghid se jkun il-lingwa ewlenija Ewropea?

 Legendre huwa politku u akkademiku. Professur tal-istorja, kellu doveri ministerjali kif ukoll kien president tal-Kummissjoni tal-Affarijiet Politiċi fl-Assemblea Parlamentari tal-Frankofonija. Huwa wkoll membru fil-Kummissjoni tal-Affarijiet Barranin għad-Difiża u l-Forzi Armati. Fil-Kunsill tal-Ewropa huwa mexxa l-kummissjonijiet tal-kultura, edukazzjoni u kommunikazzjoni bejn l-2005 u l-2008. Fis-Senat Franċiż huwa ppresieda wkoll fil-Working Group dwar il-Kriżi tal-Migrazzjoni kif ukoll fuq il-missjoni informatika tal-2015 fil-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u t-Turkija fuq il-kriżi tar-rifuġjati. Huwa wkoll president tal-Kummissjoni Nazzjonali Franċiża għaċ-Ċentri ta’ Tlaqqigħ Kulturali.

Wara t-taħdita tal-Imdina jkun hemm riċeviment ċkejken.

 

Jaques Legendre
Jaques Legendre

More in Politika