Il-Prim Ministru Olandiż Mark Rutte, rebbieħ fuq il-partit tal-Lemin ta' Wilders

Mark Rutte u l-Partit Liberali VVD tiegħu ħarġu rebbieħa fuq il-partit tal-Lemin Estrem ta' Geert Wilders

Il-Prim Ministru Olandiż, Mark Rutte ħareġ rebbieħ fuq Geert Wilders
Il-Prim Ministru Olandiż, Mark Rutte ħareġ rebbieħ fuq Geert Wilders

Il-Poplu Olandiż ivvota, u jidher li l-kampanja kontra l-Iżlam ta' Geert Wilders, ma sabietx l-appoġġ tal-maġġoranza tal-elettorat.

Il-Prim Ministru Mark Rutte, rebaħ din l-elezzjoni fl-Olanda u ġab il-maġġornaza tal-voti, minkejja li fl-Olanda f'dan l-aħħar żmien kiber ħafna is-sentiment populist u lemini li kien jippromwovi Wilders.

S'issa ingħaddu 95% tal-voti, li bihom il-Partit VVD ta' Rutte diġà rebaħ 33 mill-150 siġġu fil-Parlament Olandiż. Dan kien inqas mill-41 siġġu li l-istess partit rebaħ lura fl-2012. Geert Wilder ġie fit-tieni post b'20 siġġu, filwaqt li l-partiti CDA u dak tad-Demokratiċi taċ-ċentru ġew it-tielet b'19 -il siġġu kull wieħed.

Għal din l-elezzjoni kien hemm 78% tal-poplu li ħareġ jivvota, li kien l-ogħla persentaġġ fl-Olanda għal dawn l-aħħar għaxar snin.

Sabiex jiġi fformat Gvern ġdid għall-Olanda, Rutte irid issa jidħol f'diskussjonijiet dwar koalizzjoni, li hija ħaġa tipika minħabba li l-Parlament Olandiż għandu 150 siġġu. Iżda minkejja li l-Partit ta' Wilders ġab it-tieni l-aktar ammont ta' voti, ma jidhirx li se jkun qed jagħmel parti min-negozjati dwar koalizzjoni, hekk kif il-Partit l-oħra kollha m'humiex lesti jaħdmu mal-Parlamentari populisti u anti-iżlamiċi tal-Partit tiegħu.

Fi stqarrija li għamel Rutte, huwa qal li "L-Olanda, wara Brexit u l-elezzjoni fl-Istati Uniti, qalet 'Daqshekk' għat-tip il-ħażin ta' populiżmu."

Wilders qal li filwaqt li ma kisibx rebħa u maġġoranza, xorta kiseb biżżejjed siġġijiet fil-Parlament biex joffri oppożizzjoni qawwija fil-Parlament Olandiz.

More in Politika