Ritratti esklussivi| 'Il-pagi miżeri qed igerrxu lil ħaddiema li jaħdmu mal-anzjani'

Eluf ta' Belġjani jistaġnaw Brussell fi protesta kontra l-awtoritajiet li jwegħdu dejjem u ma jwettqu qatt

L-ILLUM kien preżenti għal dimostrazzjoni enormi li staġnat Brussell bejn il-11.30 ta' filgħodu u s-1.30 ta' wara nofs in-nhar fejn kien hemm ukoll xi stazzjonijiet tal-metru li ngħalqu minħabba din il-manisfestazzjoni paċifika iżda mimlija storbju, tnabar, sfafar u kantalieni kontra dak li l-awtoritajiet wegħdu u ma wettqux.

'il fuq minn 15,000 'carer' minn madwar il-Belġju kollha kienu qed jipprotestaw dwar pagi miżeri u kundizzjonijiet mill-agħar li għandhom dawn il-ħaddiema li meta tkellimna ma xi wħud minnhom qalulna li huma ġejjin minn 'non profitable oragnizations' u li jieħdu ħsieb l-anzjani. "Għandna salarju miżeru, xogħol b'ħinijiet twal u ma baqgħalniex ħin għalina" qaltilna waħda min-nisa li kienet qed tipprotesta mal-eluf l-oħra. 

Tkelliman wkoll ma' wieħed mil-leaders ta-manifestazzjoni li kienet roganizzata mill-Unjins tal-ħaddiema li ġejjin minn organizzazzjonijiet ta' bla qliegħ li qalilna li l-awtoritajiet ilhom xhur iwegħduhom li se jirranġaw is-sitwazzjoni iżda baqgħu ma għamlu xejn , "ħassejna li nerġgħu nsemmu lkeħinnha wara li għamilna dan f'Novembru li għadda u wegħduna mingħajr ma wettqu. Li qed jiġri li l-anzjani fil_Belġju qed jmorru fid-djar tal-anzjani meta jkollhom 80 sena u aktar u din l-eta trid ħafna aktar attenzjoni minn anzjani iżgħar. L-awtoritajiet mhux qed iħallsu biżżejjed għal dawn l-anzjani u l-ħaddiema u l-careres qed jaħdmu sigħat twal ma' dawn l-anzjani. Barra hekk il-ħlas hu miżeru u dan qed igerrex li żgħażagħ li ma jridux jagħmlugħ u allura hawn nuqqas kbir ta' ħaddiema f'dan is-settur u dan ifisser aktar tbatija għal dawk li qed jaħdmu fih li ma bagqgħalhomx ħajja għalihom."

 

More in Politika