Il-Prim Ministru fid-diskors tiegħu ta’ kull nhar ta’ Ħadd, din id-darba miċ-ċentru Laburista tal-Mosta għażel li barra li jiftaħar bir-riżultat mill-eżami tal-eknomija tal-gvern tiegħu, qabbel dak kollu ma’ ta’ qablu. Muscat qal ukoll li fejn tidħol ekonomija u trasparenza Simonn Busuttil tilef il-kredibilita kollha. HU semma s-ssitema tal-gvern Laburista li f’kul baġit dejjem ħares kemm se jagħti u mhux kemm se jieħu. Ammetta li l-gvern tiegħu wettaq diversi żbalji iżda qal li dejjem ammettihom u dejjem ħaseb biex jirranġahom. Semma litanioja sħiħa ta’ ġid li wettaq il-gvern fil-pajjiż matul dawn l-aħħar erba snin.
Beda d-diskors tiegħu fuq tema kemmxejn sorprendenti meta semma l-każ tal-filmat li xxerred fuq is-siti tal-internet ta’ tfajla f’qagħda intima fil-karrozza mas-sieħeb tagħha. Hu semma li min għamel dan l-att hu kodard u se ssir ġustizzja miegħu. “Il-kristjanita hi li ma niġġudikawx u l-ħajja personali tal-individwu tibqa tal-individwu.” Qal Muscat fejn semma li ltaqa anke mal-ġenituri tat-tfajla li jinsabu f’inkwiet kbir.
Il-prim ministru qal li meta raha r-reazzjoni ta’ Busuttil wara l-aħbar li Malta kellha surplus għall-ewwel darba f’34 sena, tbissem. “Il-kredibilita tal-Kap tal-oppożizzjoni ma teżistix. Qalilna li ġibna dawn ir-riżultati għax naqqasna l-ispiża kapitali. Fl-2012 il-gvern Nazzjonalista nefaq eżatt kemm infaqna aħna fis-sena li għaddiet. Bid-differenza li huma irreġistraw l-akbar deficit fl-istorja u aħna irreġistrajna l-ewwel surplus. Dan ikompli juri li Simon Busuttil fejn tidħol ekonomija u finanzi m’għandux kredibilita ta’ xejn fejn anke student universitarju jaf iżjed minnu.”
Muscat semma wkoll li kien hemm xi nħadd li qallu li l-PN fil-gvern kienu wkoll se jaslu għal dan is-surplus, “Id-differenza hi li aħna nwettqu dak li ħaddieħor iħarla fuqu.”
“Busuttil għereq f’falsita enormi anke fejn tidħol it-trasparenza fejn ukoll tilef il-kredibilita tiegħu għal dejjem. Busuttil ordna lil kumpaniji tiegħu biex joħorġu riċevuti foloz li bihom kompla jikser il-liġi tal-finanzjarjament tal-partiti politiċi.” Muscat taha x’wieħed x’jifhem li hemm diversi kumpaniji oħra li taw doinazzjonijiet lil PN u isimhom għadu ma ħariġx.