'Muscat minflok iddefenda lill-uliedna qed jiddefendi lil min jittraffika d-droga'

Il-Kap tal-PN Simon Busuttil jimplika illi wieħed mill-politikanti nvoluti f'każ ta' bdil ta' statement dwar droga huwa l-Ministru għal Għawdex

Simon Bususttil jakkuża lil  Joseph Muscat illi qed jiddefendi lil min jittraffika d-droga
Simon Bususttil jakkuża lil Joseph Muscat illi qed jiddefendi lil min jittraffika d-droga

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil akkuża lill-Prim Ministru Joseph Muscat li "minflok iddefenda lill-uliedna qed jiddefendi lil min jittraffika d-droga u lill-politiku li ndaħal għat-traffikant." Dan qalu waqt li kien qed jitkellem dwar il-każ tal-allegat indħil f'każ li jirrigwarda statement minn persuni li kienu involuti fid-droga f'Għawdex fi storja li kienet żvelata fil-gazzetta Maltatoday

Waqt li kien qed jipparteċipa fil-programm Mhux għax Jimpurtani fuq l-istazzjon tal-PN NET TV Busuttil qal illi kieku hu kien il-Prim Ministru kien imur fuq il-Ministri tiegħu u jistaqsihom min minnhom kien fil-Minsteru ta' Għawdex dakinhar li seħħ l-allegat każ.

"Muscat jaf min huwa l-Ministru imma ma jridx jitkellem," allega Busuttil, "u liema politiku se jidħol il-Ministeru ta' Għawdex? ...mhux il-Ministeru ta' Għawdex? U min se jmur bi skorta l-Ministeru t'Għawdex? Jew il-PM jew il-Ministru tal-Pulizija," rrimarka Busuttil.

Għall-mistoqsija tal-preżentatur Norman Vella Busuttil staqsa, retorikament, x'għandu jistenna wieħed jekk l-inkjesta qed titmexxa minn kandidat tal-Partit Laburista.  

"Ejja ma nħallux il-pajjiż jaqa' f'dawn il-livelli. Inti trid isserraħ rasek li hemm min qed jipproteġi t-tfal tiegħek, mhux li qed itihom id-droga," temm jgħid Busuttil fuq dan il-punt.

Intant dwar il-każ ta' karti tal-indentità doppji Busuttil qal li meta jara hekk il-poplu jistaqsi jekk hux verament mhedda id-demokrazija. "Aħna qegħdin b'sebgħa mitt elf għajn fuqhom dawn l-affarijiet. Il-PN għandu tim u qed jiċċekkja d-dettalji kollha."

Filwaqt li jlaqqam bħala "għarukaża li qed isir tbagħbis" jgħid li hu ma jistax iserraħ moħħ il-partitarji u lin-nies li mhux se jkun hemm min jivvota aktar minn darba. .

"Possibbli fl-2017, qed ngħixu hekk?" staqsa l-Kap tal-PN. 

 

More in Politika