F’konferenza tal-aħbarijiet organizzata dalgħodu mill-Partit Nazzjonalista l-Kap tal-istess partit Simon Busuttil wiegħed illi Gvern Nazzjonalista jillimita l-positions of trust għal ‘minimu assolut. Huwa qal li se jagħmel dan biex jintroduċi l-meritokrazija fissettur pubbliku.
Busuttil qal illi lilhinn mis-segretarjat privat kulħadd għandu jkollu d-dritt li jikkompeti għal kull pożizzjoni skont l-abbilitajiet tiegħu.”
Busuttil, li kien qed jitkellem fil-Qrendi qal illi Gvern Nazzjonalista jkun lest li jeżenta lill-pensjonanti kollha mit-taxxa tad-dħul kif kien ħabbar fil-mass meeting tal-PN fuq il-fosos tal-Furjana, fil-festi tal-Indipendenza. Gvern ġdid Nazzjonalista se jkun qiegħed iżid li l-paga minima nazzjonali tiżdied sakemm tkun daqs il-paga minima nazzjonali. B’hekk b’din l-iskema l-pensjonanti jaraw żieda fil-pensjoni, minn €147.23 għal €169.73. Minn din il-proposta se jgawdu 18,000 pensjonant u l-ispiża se tkun ta’ €8 miljuni qal Busuttil.
Il-Kap tal-PN qal illi persuni li ma jkunux għadhom ħallsu l-bolla kollha li kellhom iħallsu se jingħataw il-possibilità li jagħmlu dan, apparti li Gvern Nazzjonalista qed iwiegħed ukoll li l-pensjoni tiżdied għal 60% tad-dħul medju nazzjonali. B’hekk b’din il-proposta l-pensjoni se tiżdied għal €155.70 fil-ġimgħa.
Busuttil ħabbar ukoll illi se jinċentiva lill-anzjani li jgħixu fi djarhom billi jagħti għotja ta’ €500 fis-sena, minflok €300. 27,800 pensjonant mistenni jgawdi minn din il-proposta.
Intant il-PN wiegħed ukoll illi jekk fil-Gvern ir-romol li jkunu dejjem ħadmu d-dar ikollhom id-dritt tal-pensjoni sħiħa li kienu jieħdu żwieġhom qabel mietu. Busuttil qal illi Gvern Nazzjonalista qed iwiegħed ukoll żieda fil-pensjonijiet ta’ dawk li kienu membri tal-Korp tal-Pulizija u l-Forzi Armati ta’ Malta, apparti li wiegħed li se jibda gradwalment jirranġa l-inġustizzji fil-pensjoni tas-servizzi.