Meta kien qed jitkellem fil-programm XTra lbieraħ il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil sostna li jitwaħħax(shudder) mill-ħsieb li l-inkjesta, mmexxija mill-Maġistrat Aaron Bugeja, tikkonkludi li m'hemmx biżżejjed evidenza biex tibda investigazzjioni kriminali, speċjalment fid-dawkl tal-fatt illi hemm whistleblower," sostna l-Kap tal-PN b'referenza għall-mara Russa li kienet taħdem mal-Pilatus bank, qabel tkeċċiet.
Busuttil sostna li ma jistax jifhem kif l-inkjesta ma ssibx biżżejjed provi kontra Joseph Muscat u martu, "speċjalment wara li whistleblower ġiet 'l quddiem b'dak li kienet qrat u rat," sostna Busuttil.
Busuttil qal li hemm wisq evidenza u li Muscat missu ilu li telaq is-snin u l-fatt li m'għamilx dan juri biċ-ċar għalfejn "tilef tant mill-kredibilità tiegħu". Dwar l-allegazzjonijiet ta' ħasil ta' flus li qed jagħmel hu stess fil-konfront ta' Keith Schembri, Busuttil sostna li dawn l-akkużi ma ttieħdux b'sorpriża. "F'pajjiż normali l-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali kien misshom investigaw l-allegazzjonijiet li saru nhar il-Erbgħa minni, sena ilu metra saru jafu bl-evidenza."
Filwaqt li qal li ma jafx jekk il-Pulizija bdew investigazzjoni, huwa sostna li fil-Qorti tal-poplu, "bl-evidenza biss li ġiet mressqa Joseph Muscat missu ilu li telaq, Keith Schembri missu ġie mkeċċi u interrogat u l-istess lil Konrad Mizzi."
Busuttil qal li hu jrid ikompli fuq il-passi ta' Eddie Fenech Adami u sostna illi kieku kellu joqgħod jagħti każ is-sondaġġi ma kienx jidħol fil-politika għax is-sondaġġi ilhom juru lill-PN minn taħt għal ħafna zmien. "Jien kont naħseb li kelli bżonn 10 snin biex innaqqas id-distakk u neraġ nirbaħ il-fiduċja tan-nies, minflok għaddew erba' snin u qegħdin 4% biss minn taħt."