Muscat iħabbar il-kabinett il-ġdid fil-ħin li ġej

Il-PM Joseph Muscat mistenni jħabbar il-Ministri li se jmexxu miegħu fit-13-il Leġiżlatura mill-Indipendenza

Joseph Muscat jieħu l-ġurament tal-ħatra
Joseph Muscat jieħu l-ġurament tal-ħatra

Il-Prim Ministru Joseph Muscat, fil-ħin li ġej mistenni jħabbar il-kabinett il-ġdid tiegħu, li se jmexxi flimkien miegħu it-tlettax  il-leġiżlatura millI-Independenza lil hawn. 

Għalkemm għadu mhux magħruf min se jkun parti minn dan il-kabinett huwa mifhum li Muscat qed iżomm f'moħħu dawk id-Deputati li kienu eletti għall-ewwel darba b'suċċess kif ukoll dawk li kisbu numru kbir ta' voti. Fost dawk li għamlu suċċess konsiderevoli u kienu eletti mal-ewwel għadd f'din l-elezzjoni kien hemm Silvio Schembri, Ian Borg, Anton Refalo, Chris Fearne, Konrad Mizzi u Jose Herrera. 

Kienu eletti wkoll għall-ewwel darba u b'suċċess, Robert Abela, Byron Camilleri, Clint Camilleri, Alex Muscat, Aaron Farrugia u Julia Farrugia

More in Politika