Comodini Cachia tbiddel fehmitha u żżomm is-siġġu li rebħet fil-Parlament Malti

...wara li ħabbret li se tirrinunzjah nhar it-Tnejn li għadda...se tirreżenja mill-PE

Therese Comodini Cachia
Therese Comodini Cachia

Therese Comidini Cachia biddlet ħsiebha li tirrinunzja l-post li rebħet fil-Parlament Malti biex iżżomm dak li għandha fil-Parlament Ewropew. Fi stqarrija Comidini Cachia qalet li għamlet dan wara li numru ta' nies fil-PN wrew li jemmnu fiha. Hija ammettiet ukoll li d-deċiżjoni li ħadet nhar it-Tnejn setgħet weġġgħet li dawk li kienu wrew fiduċja fiha. 

"Jien dħalt fil-politika biex inkun għas-servizz tan-nies, fejn iriduni n-nies, għalhekk jiena qed nagħżel li nirrapreżenta lin-nies fil-Parlament Malti waqt li se nirriżenja mill-Parlament Ewropew.Nassigura lil kulħadd li se nagħti l-enerġija tiegħi kollha biex jissaħħaħ il-Partit Nazzjonalista għaliex hu dan il-Partit li jassigura li f'pajjiżna jkun hawn tmexxija nadifa li fuqha biss tista’ tinbena ekonomija b'saħħitha."

 

 

 

 

More in Politika