50 pazjent se jibdew jibbenefikaw minn mediċina oħra kontra l-kanċer mingħajr ħlas

Il-Ministru Chris Fearne jħabbar li mediċina ġdida oħra kontra l-kanċer se tibda tingħata b'xejn... 

Il-Ministru għas-Saħħa, Chris Fearne ħabbar li minn din il-ġimgħa se tibda tingħata mediċina ġdida għall-kanċer tal-prostata.

Mistennija jkunu madwar 50 pazjent fis-sena, dawk li se jkunu qegħdin jibbenefikaw minn din il-mediċina,Enzalutamide.

Il-Ministru Fearne spjega li din hija parti mill-wegħda elettorali, ta’ pjan dettaljat dwar kif se jidħlu l-mediċini ġodda tal-kanċer. Fil-fatt aktar kmieni x-xahar li għadda tnediet kura ġdida għall-kanċer tal-bużżieqa tal-awrina, mitomycin C.

Waqt li kien qiegħed iwieġeb mistoqsijiet supplimentari fil-Parlament, il-Ministru Fearne qal li matul din is-sena u l-kumplament ta’ din il-leġiżlatura, se jkomplu jiddaħħlu aktar mediċini tal-kanċer.

More in Politika