Persuna rrispettata fil-Partit Nazzjonalista u simbolika mat-taqbida politika fis-snin tmenin, Richard Muscat ħareġ jappoġġja lil Alex Perici Calascione.
Muscat sostna li “l-Kap tal-PN għalija għandu jkun 'il fuq minn kull suspett, u l-integrità tiegħu bla mittiefsa. Bħal dawk kollha ta' qablu.”
Għalhekk filwaqt li qal li jirrispetta l-kandidatura ta’ Chris Said, l-għażla tiegħu għal Kap tal-PN ser tmur għal Alex Perici Calascione.
F'kumment fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook, Muscat qal li għalkemm Perici Calascione jidher bħala ‘underdog’ huwa ddeskrivieh bħala “politiku ta’ integrità u serju.”