Carmel Cacopardo ser jieħu r-riedni f’idejh
Carmel Cacopardo mistenni jieħu post Arnold Cassola bħala Chairman tal-Alternattiva Demokratika
More in Politika
Carmel Cacopardo mistenni jieħu post Arnold Cassola bħala Chairman tal-Alternattiva Demokratika
Carmel Cacopardo mistenni jieħu post Arnold Cassola bħala Chairman tal-Alternattiva Demokratik. Dan ikkonfermaħ Cacopardo stess f’kummenti ma din il-gazetta.
Mistqosi għalfejn iddeċieda li jieħu tmexxija ta’ dan il-partit f’idejh huwa wieġeb li, " wasal iż-żmien li nokkupa l-kariga ta’ mexxej wara 40 sena attiv fil-politika lokali."
Minkejja dan, Cacopardo jeħtieġ l-ewwel jgħaddi mill-għarbiel tal-membri u l–eżekuttiv tal-istess partit, proċess li mistenni jsir f’Settembru li ġej.
Cacopardo kien kandidat għall-Alternattiva Demokratika fuq żewġ distretti fl-elezzjoni tal-2017, ir-raba’ ul-ħdax. Hu akkwista 355 vot mit-total ta' 2,564 voti li kisbet l-Alternattiva Demokratika.
Il-Perit, kien għall-ewwel darba kandidat tal-AD fl-elezzjoni ġenerali tal-2008, wara li f’Jannar tal-istess sena, hu kien irriżenja mil-Partit Nazzjonalista wara numru ta' snin attiv fosthom saħansitra fl-eżekuttiv. Huwa kien ikontesta tliet elezzjonijiet ġenerali bħala kandidat f’isem il-P.N fl-1987,1992,1996
B’hekk it-tliet partiti tal-oppożizzjoni f’pajjiżna se jkunu qegħdin fil-proċess li jaħtru mexxej ġdid fil-ġimgħat li ġejjin, hekk kif il-battalja għal-Kap tal-Partit Nazzjonalista waslet fl-eqqel tagħha u r-riżenja ta’ Marlene Farrugia mill-Partit Demokratiku se twassal għal-ħatra ta’ Kap ġdid għall-Partit Demokratiku.
Cacoparda ta’ 61 sena, huwa resident il-kalkara, u grawda bħala perit fl-1982. Fl-2006 huwa ppubblika l-ktieb tiegħu ‘ Time for radical change’.