Simon Busuttil: minn tal-Pietà għal-Lussemburgu

L-eks Kap tal-PN appuntat f'pożżiżjoni fl-Unjoni Ewropea

Simon Busuttil
Simon Busuttil

Il-Kap uxxenti tal-Partit Nazzonalista Simon Busuttil mistenni jieħu pożizzjoni ġo Lussemburgu bħala membru tal-bord li jissorvelja il-ħatra tal-imħallfin u avukati ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropeja.

Din il-ħatra saret pubblika permezz ta' rapport fuq il-Malta Independent eżatt fil-ġurnata ilhi fiha l-Partit Nazzjonalista qed jistenna l-eżitu kruċjali tal-kunsill amministrattiv li jista' saħansitra jipposponi l-elezzjoni ghal-kap tal-PN.

Busuttil kien innominat mill-Parlament Ewropew u hu mistenni jibda xogħlu fl-2018  fejn din tintemm fl-2022. Hu ser ikun is-sostitut ta’ Luigi Berlinguer li itemm il-kariga tiegħu fit-28 ta’Frar 2018.

Busuttil m’huwiex mistenni jirreżenja minn Membru tal-Parlament Malti biex jieħu din il-kariga, hekk kif Busuttil mistenni jkollu bżonn jitla biss għal madwar tmien appuntamenti biss relatati ma' din il-kariga. 

Busuttil kien mexxa il-Kampanja tal-PN sabiex Malta tingħaqad fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Huwa serva bħala MEP mill-2004 sal 2013 wara kien inħatar bħala Viċi Kap fl 2012 u Kap tal-Partit fl-2013 fejn dan irreżenja f’Ġunju tal-2017.

More in Politika