[Aġġornata] Tibda l-istennija għar-riżultat tal-ewwel votazzjoni għal-kap gdid tal-PN
- Tibqa' probabilità li terġa ssir elezzjoni għada
- Ivvutaw 1,354 persuna...ma vvutawx 13 biss
More in Politika
Bdiet l-istennija għar-riżultat tal-ewwel fażi tal-elezzjoni li se tiddetermina min mill-erba' kandidati se jkunu qed jgħaddu għat-tieni fażi ta' din l-elezzjoni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.
Bħalissa qed isir is-sorting biex ftit wara jibda l-għadd tal-voti.
Minkejja li għall-bidu kien jidher illi l-kandidati l-aktar preferuti kienu Chris Said u Adrian Delia, jidher illi l-allegazzjonijiet fil-konfront ta' Adrian Delia biddlu xi ftit ix-xenarju, bil-possibilità li jkun hemm taqtiegħa għat-tieni post bejn Delia u Alex Perici Calascione. Intant għadu kif tħabbar illi illum ivvutaw 1,226 persuna, kemm minn Malta kif ukoll minn Għawdex. Ivvutaw 128 persuna l-ġimgħa l-oħra fl-eżerċizzju ta' votazzjoni kmieni biex b'kollox ivvutaw 1,354 persuna. Dan ifisser li kienu biss 13-il persuna li ma vvutawx.