Chris Said ma jeskludix li jirtira mit-tellieqa għal-kap

Chris Said jindirizza koferenza stampa ftit minuti wara li ġie mħabbar ir-riżultat ta' l-ewwel fażi tat-tellieqa għal Kap il-ġdid tal-PN

Chris Said mal-mara tiegħu
Chris Said mal-mara tiegħu

F'koferenza tal-aħbarijiet indirizzata minn Chris Siad, ftit minuti wara li ġie mħabbar ir-riżultat tal-ewwel fażi għal kap il-ġdid tal-PN,  Said li ġabar madwar 425 voti qal li " mhux bi ħsiebu jirtira mit-tellieqa pero ma jeskludi xejn".

Said qal li din ma kienetx tellieqa biex jintagħżel il-kap iżda  l-ewwel parti tagħha, fejn intgħażlu l-aqwa żewġ kandidati. Hu kompla jgħid li dejjem kien hemm fil-ħinijiet tajbin kif ukoll f'dawk ħżiena u għalhekk "jiġri x'jiġri ser nibqa nkun hemm għal-partit nazzjonalista".

Said qal li l-pass li jmiss hu li jiddeddika l-attenzjoni tiegħu fuq it-tesserati , hekk kif issa jmiss lil madwar 22,000 elf tesserat jivvutaw nhar is-16 ta' Settembru.

 

More in Politika