Il-qafas politiku nazzjonali qiegħed f’mira ta' bidla, hekk kif illum tħabbret konsultazzjoni pubblika dwar id-dritt li żgħażagħ ta' 16-il sena li jikkontesaw l-elezzjonijiet tal-kunsill lokali u li sussegwentement jiksbu l-akbar ammont ta' voti fl-istess elezzjoni, jkunu jistgħu jinħatru bħala sindki tal-lokal.
Dan huwa biss parti żgħira mir-riforma li qed tiġi proposta, hekk kif qed ikun propost li żgħażagħ ta' 16-il sena jkunu jistgħu jivvutaw kemm fl-elezzjonijiet ġenerali u kif ukoll fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropej.
Dan ġie mħabbar waqt konferenza stampa f’Kastila imexxija minn Julia Farrugia Portelli, is-Segretarju Parlamentari inkarigata mir-riformi, flimkien mas-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet tal-Volontarjat, Clifton Grima u s-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali u Komunitajiet, Silvio Parnis.