L-MUMN titlob l-intervent tal-PM fuq il-kwistjoni ta' taħriġ lill-infermiera

...tgħid illi l-Università ta' Northumbria mhux se tiġi Malta jekk ma jkunx hawn sistema lesta ta' mentorship għall-infermieri

Il-Malta Union of Midwives & Nurses ipprotestat mal-Gvern għal mod kif qiegħed jagixxi fuq il-materja tal-Formal Mentorship Allowance għall-infermieri u l-midwives.

Erbgħa snin ilu l-MUMN, wara li ġiet avviċinata mill-Ministru tas-Saħħa, bdiet tikkopera sabiex l-Universita ta’ Northumbria tibda toffri courses f’pajjiżna fid-degree nursing bil-għan li jibda jittaffa n-nuqqas ta’ infermieri f’Malta u Għawdex.

Fi stqarrija l-MUMUN qalet illi, "Uffiċjali li jirraprezentaw lil din l-universita’ mill-bidu nett għamluha cara li jekk f’pajjiżna ma jkunx hawn process ta’ formal mentorship serju fuq l-istudenti, dawn ma jkunux f’pozzizjoni li joperaw hawn Malta. L-MUMN mill-ewwel bdiet sensiela ta’ laqgħat biex dan il-formal mentorship jkun success f’pajjiżna bl-iskop li kif jasal il-waqt li l-Universita’ ta’ Northumbria tiftaħ il-bibien tagħha, dan il-process ikun lest. Il-problema ewlenija hija li filwaqt li professjonisti oħra jingħataw kumpens għal formal mentoring li jagħmlu, in-nurses qatt ma thallsu u ghalhekk f’dawn l-ahhar ghaxar snin in-numru ta’ nurses disponibli beda dejjem jonqos sakemm wasalna f’sitwazzjoni llum li l-ammont  prezenti mhux sufficjenti, aktar u aktar li l-pjan kien li l-Universita’ ta’ Malta tgawdi wkoll minn dan il-process ghaliex fl-ahhar mill-ahhar kulhadd jitratta l-istess pazjenti.

L-MUMN żammet numru ta’ laqgħat kemm mad-Dipartiment tas-Sahha kif ukoll mad-Dipartiment ta’ l-Edukazzjoni fuq din il-materja u kien hemm qbil fil-prinċipju fuq dan il-proċess, "pero’ stagna kollox".

"L-MUMN ma tistax taċċetta li wara li ġiet avviċinata mill-Gvern stess biex tkun sieħeb f’dan il-proġett, issa qed tingħata l-ġenb bil-konsegwenzi li pajjiżna ser jaqta’ figura miskina quddiem il-barranin. L-MUMN dan ma tistax taċċettah u qed titlob l-intervent tal-Prim Ministru biex tinstab soluzzjoni fl-interess ta’ kulhadd."

 

More in Politika