Il-Partit tal-Ħodor jitlob għar-riżenja ta' Joseph Muscat

Jakkużaw lill-Gvern illi falla milli jieħu miżuri kontra l-ħasil tal-flus u jakkużawh illi ħalla tinbet kultura ta' impunità

B’reazzjoni għal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia, Il-Ħodor fl-Ewropa qed jitlobu għar-riżenja tal- Prim Ministru ta' Malta, Joseph Muscat. Dan minħabba li skonthom il-Gvern naqas milli jinvestiga sew, l-allegazzjonijiet tal-ħasil ta' flus

F’stqarrija l-Membri parlamentari Ewropej, Sven Giegold u Eva Joly, li huma wkoll l-kelliema għal l-istess partit Ewropej qalu li, huma  jappoġġjaw id-domanda tal-familja ta 'Daphne Caruana Galizia sabiex il-Prim Ministru jireżenja.

"Gvern Ewropew ma jista' qatt jħalli dubju dwar is-saltna tad-dritt. Il-gvern Malti naqas milli jieħu azzjoni serja kontra każijiet ta 'livell għoli ta' ħasil tal-flus fil-pajjiż tiegħu”, saħqu l-Ħodor.

Huma komplew jgħidu kif  “il-ħidma tagħha għandha tiġi onorata bili, tinbet investigazzjoni dwar ir-rivelazzjonijiet li hi ghamlet filwaqt li qalu wkoll “ l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia kien attak fuq il-valuri Ewropej."

Barra minn hekk l-Ħodor Ewropej qalu li f'Malta, "hemm kultura ta 'impunità u l-awtoritajiet ta 'l-infurzar tal-liġi Maltin naqsu milli jieħdu azzjoni serja fuq is-sejbiet ta'  ħasil tal-flus."

Dawn komplew jgħidu li "mill-elezzjonijiet, ftit smajna dwar l-investigazzjonijiet f'każijiet ta 'livell għoli ta' korruzzjoni u ħasil tal-flus. L-istaff ewlieni tal-FIAU inbiddel jew naqas. L-informatur ewlieni fir-rivelazzjonijiet tal-Panama Papers ħas li kellhu jaħrab mill-pajjiż. Dan filwaqt li xi investigaturi nazzjonali għandhom kunflitti ta 'interess",  qalu l-Ħodor Ewropej

Fl-aħħar nett huma għamlu talba sabiex jinħatar  investigatur internazzjonali u li ssir innvestigazzjoni serja mill-Kummissjoni Ewropea bl-għan li "terġa 'tinkiseb il-fiduċja fis-saltna tad-dritt f’Malta."

 

 

 

More in Politika