Il-Kummissarju mħabbat wisq biex jiltaqa' mal-Kummissjoni Anti-Mafja Taljana

Rosy Bindi tgħid li l-ħasil tal-flus hi problema komuni li Malta u l-Italja għandhom jaffaċċjaw

Rosy Bindi li tmexxi l-kummissjoni Anti-Mafja  Taljana
Rosy Bindi li tmexxi l-kummissjoni Anti-Mafja Taljana

F’konferenza tal-aħbarijiet Rosy Bindi, is-senatur Taljan li qed tmexxi l-Kummissjoni Anti-Mafja Taljana qalet li “xtaqet li tiltaqa' mal-Kummissarju tal-Pulizija ta' Malta, peró dan kien wisq imħabbat biex jiltaqgħu.”

Bindi tkellmet fuq l-ħidma tal-Mafja Taljana li fi kliemha qed tespandi billi taħsel "flus minn illegalitajiet fil-gżejjer Maltin, dan taħt il-kappa ta' negozji taparsi leġittimi."

Rosy Bindi għamlet ukoll referenza ċara għas-settur tal-'gaming', settur meqjus bħala pilastru tal-ekonomija Maltija, li skontha "għamel lil Malta post ideali għall-organiżazzjonijiet mafjużi."

Hija qalet li "l-ħasil tal-flus hi problema komuni li Malta u l-Italja għandhom jaffaċċjaw."

"Huwa ta' importanza kbira li kemm il-Parlament Taljan kif ukoll dak Malti jżidu l-kollaborazzjoni meta niġu għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. Jekk il-mafja qed tara lil Malta bħala l-ġenna, allura Malta għandha tħares lejn il-kwalità tal-espansjoni ekonomika tagħha", sostniet Bindi.

Hija spiċċat billi qalet li Malta u l-Italja għandhom jibdew jikkoperaw fuq livell Parlamentari, dak Ġudizzjarju u fuq-livell ta’ sigurta’

Rosy Bindi kellha ġurnata impenjattiva fejn iltaqgħet mal-Gvern u awtoritajiet Maltin. Hija attendiet ukoll għal Quddiesa ċċelebrata mill-Arċisqof fil-Bidnija, ġimgħa wara l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.  

More in Politika