Dimostrazzjoni oħra 'għall-ġustizzja' l-Ħadd f'Tas-Sliema

In-Netwerk tas-Socjeta' Ċivili insistiet fuq it-talbiet tagħha fosthom, għar-rizenja tal-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali

In-Netwerk tas-Socjeta' Ċivili ħabbret li se tkun qed torganizza t-tieni dimostrazzjoni ġustizzja, nhar il-Ħadd 29 ta' Ottubru fl-4pm. Id-Demostrazzjoni ser tibda ħdejn Ghar id-Dud u c-Chalet f'tas-Sliema u timxi lejn Triq Amery f'Tas-Sliema.

Fi stqarrija iktar kmieni illum, In-Netwerk tas-Socjeta' Ċivili insistiet fuq it-talbiet tagħha fosthom, għar-rizenja tal-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali, u li s-sostituti tagħhom jinħatru b'maġġoranza ta' żewg terzi tal-Parlament.

Id-dimostrazzjoni mhux ser tkun waħda partiġġjana sostnew il-Netwek tas-Socjeta’ Ċivili. Huma qalu li kulħadd hu mistieden jattendi iżda l-mexxejja tal-partiti u membri tal-parlament ma jistgħux joqogħdu fuq quddiem tal-protesta dan filwaqt li banners, placards jew materjal ieħor ta' partiti politiċi jew kontrihom ser jigu pprojbiti.

Għalhekk l- avvenimenti tal-ġimgħa l-oħra, fejn rajna numru ta ' ddimostrazzjonijiet spontajni mhux se jifqu.  Ftit sigħat wara l-mewt ta Daphne Caruana Galizia, ċorma kbira inġabret f’mixja silenzjuża f’tas-Sliema, imbagħad fil-Ħadd tal-istess Ġimgħa, eluf ta’ Maltin inġabru fit-toroq prinċipali tal-Belt Valletta, bl-għajta ewlenieja għal-Gustizzja.

Intant illejla, illejla fis-6.30pm, se ssir protesta fi Pjazza Kastilja li se tibqa' sejra sal-Ħadd hekk kif l-parteċipanti se jkunu qed itellgħu numru ta’tined. It-talbiet tagħhom huma identiċi għal dawk tan-Netwerk tas-Socjeta’Ċivili. Din il-protesta qed issir minn grupp ta nisa ħbieb ta' Daphne Caruana Galizia, huma qed iħeggu lil nisa bħalhom biex jingħaqdu magħhom

More in Politika