Iktar kmieni dalgħodu, il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għamel talba ta’ konċiljazzoni biex jerġgħu jiġu attivi n-negozjati mal-Malta Union of Teachers, dan favur kundizzjonijiet aħjar għall-gradi kollha tal-għalliema.
Is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol għarraf lill-MUT dwar it-talba biex issir konċiljazzjoni.
Il-Ministeru qal li "hemm qbil kemm min-naħa tal-Gvern kif ukoll min-naħa tal-MUT sabiex nsaħħu l-professjoni tal-għalliema u nsostnu aktar lill-gradi kollha tal-għalliema fl-iskejjel tagħna b’pakkett finanzjarju b’saħħtu, b’iktar opportunitajiet u bi progressjoni aktar mgħaġġla fil-karriera tagħhom, kif ukoll b’kundizzjonijiet xierqa għall-għalliema u għall-edukaturi kollha.
Dan wara l-Erbgħa li għadda l-MUT ħabbret illi se tkun qed tordna xejn inqas minn 50 direttiva u sussegwentement strajk.