Tħabbret il-mewt tal-eksdeputat Laburista Anthony Zammit, li miet fl-età ta’ 67 sena kawża tal-kanċer.
Il-Prof. Zammit twieled fis-26 ta’ Ġunju tal-1950. Huwa attenda l-Università ta’ Malta fejn iggradwa fil-mediċina, settur li għalih se jibqa’ jfakkar.
Il-Prof. Zammit studja f’pajjiżi barranin fosthom il-Ġermanja u għallem ukoll fl-Università ta’ Dusseldorf u aktar tard fl-Università ta’ Malta wkoll.
Fl-1985 huwa kien konsulent kirurgu fl-isptar San Luqa u aktar tard fl-2008 u kien elett Deputat Parlamentari għall-Partit Laburista.
Il-Prof. Zammit baqa’ attiv fis-settur kirurġija sas-sena 2011.
Huwa kien bniedem intiż ħafna wkoll f’oqsma marbuta mal-kultura u l-arti.