Adrian Delia indirizza għall-ewwel darba l-Kunsill Ġenerali tal-PN. Beda d-diskors tiegħu billi qal li “dan hu mument fejn għandna bżonn il-kuraġġ għax fi kliemu l-Gvern 'illopja’ lil-pajjiż kollu. Saħaq li l-valuri tagħna ha nsaħħuhom ħa nibnu fuqhom u ħa jkunu s-sisien tal-PN.
Dwar il-qtil ta' Caruana Galizia saħaq li “dak li ġara f’pajjiżna, xxokkja lil kulħadd, heżżeż lil kulħadd, għax għal erba’ snin konna illupjata, għax konna qed ngħixu f’ realtà differenti. Fuq is-sitwazzjoni preżenti fil-pajjiż Delia qal li “dan huwa mument storiku, u kif il-Partit Nazzjonalista dejjem kellu l-kuraġġ li meta l-pajjiż issejħlu dejjem kien it-tama.“
Fuq il-kritika li Galizia għamlitlu, Adrian Delia qal li “Irrispettivament min dak li qalet, għalhekk pajjiż demokratiku , għalhekk għandna libertà u demokrazija ħalli tattakka lura, imma mhux toqtol."
Kienu bosta l-kelliema li tkellmu fil-Kunsill Ġenerali fosthom, Paula Mifsud Bonnici, Mario de Marco u Kirsty Debono, li kien l-ewwel diskors tagħha bħala l-President il-ġdid tal-istess Kunsill. Ilbieraħ is-Sibt 4 ta’ Novembru, saret l-elezzjoni interna fi ħdan il-Partit Nazzjonalista fejn intgħażlu l-President tal-Kunsill Ġenerali u l-Kumitat Eżekuttiv.