Min huwa l-vera 'traditur'? - David Casa jirrispondi

Ħafna għajruh 'traditur' minħabba l-interventi tiegħu fil-Parlament Ewropew, mal-ILLUM David Casa jirribatti

L-MPE David Casa
L-MPE David Casa

David Casa, il-Membru Parlamentari Ewropew f'isem il-Partit Nazzjonalista reġa' jinsab f'nofs kontroversja u dan hekk kif kien fuq quddiem fil-kritika tiegħu lejn l-istat tas-saltna tad-dritt f'pajjiżna. Casa kien fil-fatt parti minn delegazzjoni li ġiet Malta ġimagħtejn ilu u li tħarrġet dwar is-saltna tad-dritt, tkellmet ma' diversi nies u li bħalissa qed tipprepara rapport dwar Malta. 

Bosta, l-aktar partitarji Laburisti, akkużaw lil David Casa bi 'tradiment lejn pajjiżu' u li b'għemilu qed jagħmel ħsara lil pajjiżna u l-ekonomija tagħna. 

Ftit minuti wara li ntemmet iż-żjara tad-delegazzjoni ta' Membri Parlamentari Ewropej f'Malta l-ILLUM intervistat lil David Casa. 

L-intervista se tkun ippubblikata għada, fuq il-gazzetta ta' kull nhar ta' Ħadd, l-ILLUM

More in Politika