Il-ġurnal 'La Repubblica' tonora lil DCG bħala l-persuna tas-sena

Fil-paġna ta' quddiem tal-ġurnal Taljan spikkat kolona ddedikata lil Daphne Caruana Galizia

Illum il-ġurnal Taljan La Repubblica onora lil Daphne Caruana Galizia, bħala l-persuna tas-sena 2017.

Lura fis-16 ta' Ottubru karozza bomba ħasdet il-ħajja tal-ġurnalista Caruana Galizia.

Intant dalgħodu fil-Qorti kompliet tinstema' l-kumpilazzjoni tal-provi fil-konfront tat-tliet imputati li kienu ġew arrestati b'rabta mal-qtil tagħha, fejn ġie konkluż mill-Maġistrat Claire Stafrace Zammit li kien hemm biżżejjed evidenza sabiex jgħaddu ġuri.

La Repubblica kien l-istess ġurnal li żvela dettalji ta' evidenza fuq il-każ ta' Caruana Galizia, dettalji li din il-ġimgħa nstemgħu fix-xhieda fil-Qorti.

Fosthom kien żvela li wara li Caruana Galizia inqatlet iċ-'Ċiniż' qal lil martu biex tiftaħlu flixkun inbid.

More in Politika