L-MCAST jgħid li l-MUT irrifjutat li tattendi għal-laqgħa għan-negozjati

L-MCAST talbet għal laqgħa biex iressaq pakkett ta' kundizzjonijiet ġodda 

L-MCAST qalet li talbet għal laqgħa mal-Unjin tal-Għalliema (MUT) biex tressaq pakkett ta’ kundizzjonijiet ġodda għall-għalliema iżda skont il-Kulleġġ, l-MUT irrifjutat li tiltaqa’ għat-tkomplija tan-negozjati.

Fi stqarrija, l-MCAST qal li minkejja hemm każ ‘sub judice’, il-Qorti fl-ebda ħin ma żżomm il-partijiet milli jiltaqgħu, għaliex hija fid-diskrezzjoni tal-partijiet li jitkomplew in-negozjati biex jintlaħaq ftehim.

L-MCAST talab lid-Direttur tax-Xogħol u r-Relazzjonijiet Industrijali sabiex din il-laqgħa, li kellha ssir nhar it-Tnejn li ġej.

Dan biex il-Kulleġġ iressaq pakkett ta’ kundizzjonijiet aħjar milli propost.

Il-Kulleġġ sostna li hemm qbil fuq numru ta’ kundizzjonijiet filwaqt li f’każijiet oħra jista’ jkun hemm titjib.

More in Politika