Persuna sospiża mis-Segretarjat ta' Galdes...il-Pulizija mitluba tinvestiga

....wara allegazzjonijiet ta' talbiet ta' flus....Galdes jesprimi rabja u diżappunt

Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes
Is-Segretarju Parlamentari Roderick Galdes

Is-Segretarjat Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali ssospenda b’effett immedjat membru tal-istaff tiegħu wara li saru allegazzjonijiet u ngħatat informazzjoni li tindika li din il-persuna setgħet talbet jew ħadet flus minn persuna oħra.

 Il-Pulizija ntalbet minnufih tinvestiga dawn l-allegazzjonijiet.

Intant fi stqarrija s-Segretarju Parlamentari Galdes sostna hekk: "F’dawn l-aħħar xhur li ilni nokkupa l-kariga ta’ Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali rajt li mhux biss inżid l-impetu tal-Gvern fis-settur imma wkoll li l-għajnuna tingħata lil min tassew hu verament fil-bżonn, li kull abbuż jinqata, u li l-Gvern jagħmel dak kollu possibli biex joffri dinjitá u kenn lil min m’għandux. Għalhekk, dawn iċ-ċirkustanzi jiddiżappuntawni u jirrabjawni bil-kbir."

 

More in Politika