Is-servizz tal-POYC lura għan-normal

Kien il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li kkonferma dan fuq Twitter

Il-Unjin Ħaddiema Magħqudin waqqfet l-azzjonijiet industrijali li kienu ilhom jiem għaddejja fid-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek (POYC) fl-Isptar San Luqa.

Kien il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne li kkonferma dan fuq Twitter waqt li rringrazzja lil dawk kollha li waslu għal soluzzjoni biex issa s-sistema tal-POYC reġgħet lura għan-normal.

Il-Kamra tal-Ispiżjara kienet qablet mal-azzjonijiiet industrijali fost l-ispizjara tal-Gvern li qed jitolbu kundizzjonijiet aħjar tax-xogħol.

Il-UHM kienet ordnat madwar 23 azzjoni industrijali fl-ispiżeriji kollha tal-Gvern

Intant, il-ġimgħa li għaddiet, l-Assoċjazzjoni Medika Maltija ordnat azzjonijiet industrijali fost it-tobba wara l-aħbar li l-Vitals Global Healtchare qabbdet u biegħet il-konċessjoni biex tmexxi tliet sptarijiet pubbliċi lil Steward Health Care.

Ilbieraħ komplew id-diskussjoni bejn il-Gvern u l-MAM, b’aktar negozjati mistennija tul il-ġurnata ta’ għada.

Jekk ma jintlaħaqx qbil, it-tobba se jerġgħu jistrajkjaw bejn nhar il-Ħamis u l-Ġimgħa.

More in Politika