'Meta pproponejt miżuri kontra l-korruzzjoni kulħadd ħareġ kontra, inkluż il-PN...'

L-eks Prim Ministru ta' Malta Alfred Sant jiddeskrivi lill-Ana Gomes bħala mara li tħobb tidher

F'intervista skjetta l-MEP u l-eks Prim Ministru Alfred Sant sostna li meta hu kien ippropona 'soluzzjoni' kontra l-korruzjoni għoxrin sena ilu, kulħadd kien oppona.

"Meta jien kont Prim Ministru, 20 sena ilu kont ipproponejt sistema li fl-opinjoni tiegħi hi l-aqwa arma li biha nistgħu ngħelbu l-korruzzjoni. B’din is-sistema imħallef kien se jkun jista’ jiskatta investigazzjoni u prosekuzzjoni bir-riżorsi tiegħu. Dak iż-żmien kulħadd kien kontra, inkluż il-Partit Nazzjonalista u l-membri tal-ġudikatura. Minn dak iż-żmien l-hawn għadu hadd ma ppropona xi ħaġa simili," saħaq Sant.

Alfred Sant kien Prim Ministru ta' Malta bejn l-1996 u l-1998.

Mistoqsi waqt il-programm TimesTalk dwar ir-relazzjoni tiegħu mal-kollega Soċjalista Ana Gomes, li sikwit tkun voċifera kontra Malta, Alfred Sant iddeskriviha bħala " mara li tħobb tidher u tispeċjalizza fl-" stunts ".

Skont Sant hu inaċċettabbli għall-MEPs li jippriedkaw lill-Maltin dwar l-isaltna tad-dritt  meta skontu "l-korruzzjoni hi problema fl-Ewropa kollha."

 

 

More in Politika