Jaqa' l-aħħar xkiel għal Steward Health Care

Wieħed mill-investituri ta’ Vitals Global Healthcare waqqa' mandat ta' inibizzjoni li kien waqqaf it-trasferiment tal-konċessjoni

L-Avukat Ashok Rattehalli, wieħed mill-investituri ta’ Vitals Global Healthcare, waqqa’ l-mandat ta’ inibizzjoni li kien waqqaf it-trasferiment tal-konċessjoni, għat-tmexxija tal-isptarijiet, mill-VGH għal Steward Health Care.

Fil-mandat, l-investitur kien qed jitlob biex jitwaqqaf il-bejgħ tal-konċessjoni għax ma kienx ingħata l-ebda garanzija li l-ishma tiegħu mhux se jiġu affettwati.

F’Diċembru li għadda, l-istess investitur kien ressaq mandat ieħor iżda waqqgħu wara li kien ġie assigurat li l-interessi tiegħu bħala shareholder fil-VGH se jkunu protetti.

Dokumenti li Rattehalli kien ippreżenta, kienu juru kif l-investituri tal-VGH kienu ppreparaw l-applikazzjoni tagħhom biex jieħdu f’idhom l-Isptar ta’ Għawdex u l-Isptarijiet San Luqa u Karin Grech, xhur qabel ma’ kienet ippubblikata s-sejħa għall-proposti mill-Gvern.

F’Diċembru li għadda sar magħruf li l-VGH qed tbigħ il-konċessjoni lill-kumpanija Amerikana Steward, 21 xahar wara li ħadet f’idha l-isptarijiet.

More in Politika