Qtil Daphne | Attivisti jtellgħu tliet billboards biex jitolbu ġustizzja
Dawn il-billboards ittellgħhu fi Triq Reġjonali u fi Triq il-Kosta b’messaġġi iebsa u diretti lejn il-Prim Ministru
More in Politika
Dawn il-billboards ittellgħhu fi Triq Reġjonali u fi Triq il-Kosta b’messaġġi iebsa u diretti lejn il-Prim Ministru
L-attivisti ta' #OccupyJustice tellgħhu tliet billboards erbgħa xhur wara l-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li jisħqu li mingħajr riżenji mhux se jkun hemm ġustizzja.
Fi stqarrija, il-grupp spjega li kien ispirat mill-film Three Billboards Outside Ebbing, Missouri, li kien ġie nnominat għal diversi premji Oscar, u jirrakkonta l-ġrajja ta' omm imnikkta tfittex ġustizzja għall-assassinju ta’ bintha.
Wara li jkunu għaddew ix-xhur u jibqgħu ma jinstabux dawk ħatja, l-omm tagħmel xi ħaġa mhux mistennija u poġġiet tliet billboards f'toroq ewlenija, b’messaġġi diretti lejn il-Kummissarju tal-Pulizija li jgawdi mir-rispett tan-nies.
Dawn il-billboards ttellgħhu fi Triq Reġjonali u fi Triq il-Kosta b’messaġġi iebsa u diretti lejn il-Prim Ministru.
It-tliet billboards jgħidu:
L-attivisti saħqu li wara erba' xhur għadu mhux magħruf minn ordna l-assassinju ta' Caruana Galizia.
Jistaqsu lill-Prim Ministru x'interess kellu li jżomm lill-Ministru Konrad Mizzi u liċ-Chief of Staff Keith Schembri. “Għaliex għadu ma keċċihomx? X’qed jistenna?”
#OccupyJustice fakkret ukoll fit-talbiet tagħha għar-riżenja tal-Kummissarju tal-Pulizija, Lawrence Cutajar, u tal-Avukat Ġenerali, Peter Grech li, fi kliem l-istqarrija, qed jiżfnu għad-daqqa tal-Gvern.
"Din hija darna, dan hu pajjiżna, u aħna l-poplu tiegħu. Nippretendu aħjar, ħaqqna aħjar, neżiġu aħjar," ittemm l-istqarrija