L-għalliema tal-MCAST jistrajkjaw il-ġimgħa d-dieħla

Nhar il-Ħamis 22 ta' Frar u l-Ġimgħa 23 ta' Frar, -għalliema tal-MCAST se jkunu qed jistrajkjaw bejn l-10am u nofsinhar.

Il-Unjin tal-Għalliema (MUT) ħabbret strajk ta' sagħtejn fost l-edukaturi tal-MCAST u azzjonijiet industrijali oħra li jibdew nhar il-Erbgħa li ġej.

Fi stqarrija, l-MUT qalet li minn nhar il-Erbgħa 21 ta' Frar, l-edukaturi kollha qed jintalbu ma jippubblikawx jew jipprovdu kwalukwe forma ta' riżultati jew feedback.

Intant, nhar il-Ħamis 22 ta' Frar u l-Ġimgħa 23 ta' Frar, l-edukaturi kollha se jkunu qed jistrajkjaw bejn l-10am u nofsinhar.

Fi stqarrija, l-MUT qalet li wara li l-MCAST waqqgħet il-mandat ta' inibizzjoni, attendiet tliet laqgħat mal-MCAST iżda ma kinitx kuntenta bir-riżultati.

Saħqet li minflok issib soluzzjoni, l-MCAST trid biss issikkett lill-edukaturi tagħha.

More in Politika