Il-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar kien ordnat biex jidher quddiem il-Qorti biex b'hekk jispjega għalfejn uffiċjali tal-Pulizija ma nnotifikawx lil raġel minn Nadur b'arrest, għal ħames snin sħaħ.
Il-Maġistrat Ian Farrugia għamel din it-talba dalgħodu hekk kif qed jisma' l-każ kontra Peter Paul Muscat minn Għawdex li jinsab fuq il-wanted list tal-Pulizija Maltija fuq akkużi ta' evażjoni tat-taxxa.
Il-Pulizija qed jgħidu li ma jistgħux isibu lil Muscat u l-familja wkoll qed tgħid li ma tafx fejn jinsab l-akkużat.
Il-Maġistrat sostna imma li din id-darba il-Qorti ma kellhiex tikkonċedi aktar.."l-ordni tal-Qorti hija ċara; jew l-akkużat jidher quddiem il-Qorti fis-seduta li jmiss nhar id-9 ta' Mejju jew inkella jkollu jitla' l-Kummissarji tal-Pulizija biex jispejga kif Peter Paul Muscat ma jistax jinsab fuq gżira daqstant żgħira bħal Għawdex."