Casa: 'Tal-mistħija li ħadd ma refa' responsabbiltà għall-qtil ta' Daphne'

L-MEP Nazzjonalista qal dan fid-dawl tar-riżenja tal-Ministru tal-Kultura Slovakk wara l-qtil ta' ġurnalist fl-Islovakkja

Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Partit Nazzjonalista fi Brusell David Casa qal dan fid-dawl tar-riżenja tal-Ministru tal-Kultura Slovakk Marek Madaric wara l-qtil tal-ġurnalist investigattiv Jan Kuciak u l-sieħba tiegħu Martina Kusnirova. Fid-diskors tiegħu, Madaric qal sostna li hu ma jistax jibqa' jippreżenta Ministru tal-Kultura wara li inqatel ġurnalist fl-istess mandat.

F'reazzjoni ta' hekk Casa qal li, "Huwa tal-mistħija li f'Malta, ħadd għadu ħadd ma assuma responsabbiltà politika għall-qtil tal-ġurnalist investigattiv Daphne Caruana Galizia." L-MEP Nazzjonalista kompla jgħid kif " il-fatt li Kuciak kien qed jinvestiga l-evażjoni tat-taxxa, il-korruzzjoni u r-rabtiet bejn il-politiċi u n-negozjanti jfisser li s-sitwazzjoni fis-Slovakkja trid tiġi investigata mill-qrib."

Skont Casa, "l-assassinju ta' ġurnalist huwa nuqqas tal-gvern".

Daphne Caruana Galiza nqatlet 20 gimgħa ilu qrib id-dar tagħha fiż-żona tal-Bidnija.

More in Politika