Malta t-tieni pajjiż fl-UE li baxxa l-età tal-votazzjoni
Il-Parlament approva l-Att dwar il-Vot 16 b'mod unanimu
More in Politika
Il-Parlament approva l-Att dwar il-Vot 16 b'mod unanimu
Il-Gvern u l-Oppożizzjoni vvutaw favur l-Att dwar il-Vot 16 li jemenda l-Kostituzzjoni biex l-età li fiha wieħed ikun jista' jivvota tinżel minn 18 għal 16.
L-Att għadda b'64 vot favur u ma kien hemm l-ebda Deputat li astjena mill-vot.
L-età biex iż-żagħżagħ ta' 16 jivvuttaw fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali kienet niżlet fl-2013 iżda issa ż-żagħżagħ li jagħlqu 16-il sena se jkollhom id-dritt u d-dmir li jivvutaw fl-elezzjonijiet ġenerali u anke dawk tal-Parlament Ewropew.
Ftit wara l-vot, il-Prim Ministru Joseph Muscat kiteb fuq Twitter biex jgħid li Malta saret it-tieni pajjiż tal-Unjoni Ewropea li niżżel l-età tal-votazzjoni minn 18 għal 16-il sena. L-Awstrija kienet għamlet dan fl-2007.
#Malta becomes second European Union member state, after #Austria, to lower voting age to 16 years in all elections. Parliament amends Constitution unanimously. We have made history, again -JM
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) March 5, 2018